Interview with Joe Brincat (it-Tivoli) focusing on his early and memorable years with Hamrun Spartans FC. A brief biography in Maltese to follow;
Twieled fil-5 ta’ Marzu 1970.
Beda jilgħab il-futbol fl-Azzjoni Kattolika tal-Ħamrun fl-eta ta’ tmien snin. Sentejn wara huwa ingħaqad ma’ Ħamrun Liberty, fejn kemm ma’ dan il-klabb, u anke mat-timijiet Nazzjonali żgħar huwa kien jilgħab f’kategoriji ma’ tfal, saħansitra anke tliet snin akbar minnu.
Fl-1987-88, Joe għamel id-debutt tiegħu fit-tim tal-Ħamrun Spartans kontra Sliema Wanderers. Minn dak inhar, huwa kien pedina mportnati fit-tim Ħamruniz, taħt il-presidenza ta’ Victor Tedesco, għar-rebħ ta’ żewġ kampionati u tliet FA Trophies. Fl-1992-93, huwa kien fl-aqwa tal-karriera tiegħu, u kien ippremjat bl-unur tal-Futboler of the Year.
Brincat kien magħruf ferm għax-xogħol bla waqfien tiegħu f’nofs il-ground, u minkejja l-ġiri kontinwu tiegħu, qatt u fl-ebda ħin tal-logħba ma’ kien jindika li jħoss l-għejja. Coaches li Joe tħarreġ magħhom dejjem faħħru l-attitudni professjonali tiegħu.
Joe Brincat lagħab 103 darbiet mat-tim Nazzjonali Malti, fejn skurja 5 gowls.